Il-mozzjoni dwar ir-ruling ma tgħaddix

Il-Parlament illejla vvota fuq il-mozzjoni li ressqet l-Oppożizzjoni dwar ir-ruling fuq il-battibekk li nqala’ nhar il-Ġimgħa bejn Joe Debono Grech u Marlene Farrugia.
Matul id-diskussjoni taħraq, fost oħrajn, Marlene Farrugia talbet għar-riżenja tal-Ministru tal-Libertajiet Ċivili Helena Dalli.
Din il-mozzjoni m’għaddietx b’35 vot kontra u 28 vot favur.
Id-deputati Indipendenti Giovanna Debono u Marlene Farrugia vvutaw ‘Le’ mal-Oppożizzjoni. Min-naħa tiegħu, Joe Debono Grech ma vvutax.