Il-motorsport, il-bowling u l-weightlifting f’Malta fost l-isport tar-rebbieħa

Il-motorsport, il-bowling u l-irfigħ tal-piżijiet kienu fost l-attivitajiet sportivi ewlenin f’Malta li pproduċew ir-rebbieħa waqt l-IsportMalta Awards.
Sara Xuereb u Edward Xuereb huma ż-żagħżugħa u ż-żagħżugħ tas-sena rispettivi, u t-tnejn ġejjin mill-Assoċjazzjoni Maltija Tenpin tal-Bowling, filwaqt li Duncan Micallef mill-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport u l-Assoċjazzjoni Maltija tad-Drag Racing rebaħ il-premju tal-isportiv tas-sena, u Yazmin Zammit Stevens mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Weightliftig l-isportiva tas-sena.
Waqt l-okkażjoni tal-għoti tal-premijiet, li saret fis-17 ta’ Frar f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, is-Segretarju Parlamentari għall-Isport, Clifton Grima, saħaq li kull rebbieħ hu ta’ inkoraġġiment għall-atleti u għall-isportivi kollha u li l-Gvern se jibqa’ impenjat biex jgħin ħalli jkattar il-mentalità sportiva fil-Maltin.
Dawn huma r-rebbieħa kollha:
Żagħżugħ tas-Sena – Edward Xuereb – Malta Tenpin Bowling Association
Żagħżugħa tas-Sena – Sara Xuereb – Malta Tenpin Bowling Association
Uffiċjal tas-Sena – Paul Sultana – Malta Basketball Association
Kowċ tas-Sena – Angela Adamoli – Malta Basketball Association
Tim tas-Sena – San Ġiljan ASC
Sportiv tas-Sena – Duncan Micallef – Malta Motorsport Federation u Malta Drag Racing Association
Sportiva tas-Sena – Yazmin Zammit Stevens – Malta Weightlifting Association
People’s Choice Award – Ella Borg – Gymnastics
Best International Event – Malta Racing Club
L-avveniment sar b’kollaborazzjoni bejn is-Segretarjat għall-Isports u SportMalta mal-Għaqda Ġurnalisti Sports.
Ritratt: DOI – Jeremy Wonnacott