Il-monument tar-Repubblika fil-Marsa vvandalizzat

Il-Monument tar-Repubblika spiċċa fil-miri ta’ att vandalu.
Il-Viċi Sindku tal-Marsa Josef Azzopardi bgħat ritratti flimkien ma’ stqarrija fejn jiddeskrivi l-att kundannabli. Saħaq li hija “injoranza li xi ħadd jagħmel vandaliżmu fuq monument daqstant importanti.”
Huwa ħeġġeġ lill-awtoritajiet biex jieħdu azzjoni u passi biex dan il-monument jitranġa.