Il-monument tal-Assedju taħt assedju

Hekk kif Malta llum qed tiċċelebra l-Vitorja, il-Monument tal-Assedju l-Kbir tgħatta bl-injam. Dan seħħ biss ftit sigħat biss wara li l-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca poġġiet il-fjuri fuq il-monument.

Newsbook.com.mt prova jagħmel kuntatt mal-Ministru tal-Kultura Owen Bonnici rigward ix-xogħlijiet li allegatament se jsiru fuq il-monument. Bonnici talab din il-kamra tal-aħbarijiet tibgħat il-mistoqsijiet b’ijmejl u dawn s’issa għadhom ma ġewx imwieġba.

Skont sorsi infurmati jekk il-monument se jkun qed jiġi mnaddaf m’hemmx bżonn permess iżda jekk se jsir xogħol estensiv ikun hemm bżonn ta’ permess.

Il-Ħamis li għadda tneħħa l-mafkar għall-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia qabel ma bdew iċ-ċerimonji għal Jum il-Vitorja. Dakinhar stess l-attivisti poġġew lura r-ritratt li tneħħa l-għada wara li l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil kien poġġih lura wara li sabu f’landa taż-żibel.

Il-President iżżur il-monument tal-Assedju l-Kbir

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca żaret il-monument u poġġiet xi fjuri fuqu ftit sigħat biss qabel ma tgħatta l-monument.