Il-monument ‘ta’ Daphne’ 24 siegħa wara li ħareġ il-filmat

F’inqas minn 24 siegħa minn meta beda jdur filmat ta’ mara anzjana żżarma l-monument ta’ Daphne Caruana Galizia, numru ta’ nies reġgħu marru bil-fjuri, xemgħat, u messaġġ tagħhom biex jerġgħu jagħtu l-ħajja lill-monument.
Fuq Facebook, il-grupp magħruf bħala l-Kenniesa qal li wara li beda jiċċirkola l-filmat tal-marja li juri emozzjonijiet ta’ rabja, il-grupp qal li diversi nies ħassew dmir li jaġixxu.
Il-grupp temm jappella biex dawk li marru biex jirranġaw il-monument iħeġġu lil ħaddieħor biex jagħmel bħalhom.

Ritratti: Il-Kenniesa