Il-monti ta’ Raħal Ġdid rilokat; laqgħa dalwaqt

Is-Sindku ta’ Raħal Ġdid Dominic Grima ħa “deċiżjoni mhux faċli” u ma ħalliex li l-monti jsir fejn isir is-soltu nhar t’Erbgħa, wara diżgwid fuq ir-regolamenti.

Wara artiklu li deher fuq il-midja lokali dalgħodu li rrapporta li l-bejjiegħa tal-monti kienu rrabjati u qam kaos sħiħ peress li ġew sfurzati jbiddlu posthom, Grima kiteb fuq Facebook li din kienet deċiżjoni mill-Kunsill Lokali kollu li saret għall-ġid tar-residenti.

Nixtieq nghid lil ta' Net News li din id-decizjoni ma kinixt ta' Sindku biss, imma kienet tal-Kunsill Lokali Paola,…

Posted by Dominic Grima II on Wednesday, November 14, 2018

Dan il-każ issemma fil-Parlament il-ġimgħa l-oħra, meta Silvio Parnis qal li l-Gvern kellu jressaq white paper biex jirregola s-swieq.

Il-Jum it-tajjeb lil kulhadd, sfortunatament fil-hajja jkun hemm mumenti li jkollok tiehu decizzjonijiet li ma jkunux facli.

Posted by Dominic Grima on Tuesday, November 13, 2018

Is-Sindku kiteb aġġornament li l-Ministeru u l-Kunsill għandhom jiltaqgħu fil-ħin li ġej biex jiddiskutu x’jista’ jsir.

Ghandi kif gejt infurmat min-naha tal-Ministeru li fi sieghat li gejjin se nkunu qed niltaqghu biex tinstab soluzzjoni rigward is-Suq.

Posted by Dominic Grima on Wednesday, November 14, 2018