Sal-aħħar ta’ Novembru li għadda kien hemm 4,293 rahan depożitat fil-Monte di Pietà, istituzzjoni li ilha tiffunzjona mill-1597.
Din l-istituzzjoni rat il-bidu tagħha fi żmien il-Kavallieri u kellha l-funzjoni li ssellef flus b’rahan fuq oġġetti prezzjużi.
Il-Monte di Pietà għadu qed jopera mill-bini storiku fi Triq il-Merkanti l-Belt Valletta iżda maż-żmien għaddiet f’idejn il-Gvern taħt il-Ministeru għall-Finanzi.
Fuq mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici, il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana qal l-eqdem rahan li baqa’ ma ssarrafx imur lura għas-26 ta’ Marzu 1984.
Kien il-Granmastru Aragoniż Fra Martin Garzes li waqqaf fondazzjoni biex tgħin lil min hu fil-bżonn u llum din l-istituzzjoni għadha strument li jaħdem kontra l-prattika illegali tal-użura.