Mons. Antoine Camilleri jinħatar Arċisqof Titulari u Nunzju Appostoliku

Read in English.

Mons. Antoine Camilleri nħatar mill-Papa Franġisku bħala Arċisqof Titulari ta’ Skalholt u Nunzju Appostoliku. Dan tħabbar f’komunikat maħruġ ftit tal-ħin ilu mis-Sala Stampa tas-Santa Sede.

Il-Konferenza Episkopali Maltija ferħet lil Mons. Camilleri għall-ħatra tiegħu mill-Papa Franġisku bħala Arċisqof Titulari.

L-Arċisqof Charles Scicluna, l-Isqof Mario Grech u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, miġburin waqt laqgħa tal-Konferenza Episkopali, laqgħu din l-aħbar u wegħdu t-talb tal-Knisja f’Malta u Għawdex għal din il-missjoni ġdida fdata lill-Monsinjur Camilleri.

Camilleri twieled f’Tas-Sliema fl-20 ta’ Awwissu tal-1965. Hu ġie ordnat saċerdot fil-5 ta’ Lulju tal-1991 u daħal fis-servizz diplomatiku tas-Santa Sede fid-9 ta’ Jannar tal-1999.