Il-Moldova se tagħżel bejn l-UE u r-Russja

Il-Moldova qed tivvota biex tagħżel jekk hux se tingħaqad mal-lvant jew mal-punent jiġifieri jekk issaħħaħx ir-rabtiet mal-Unjoni Ewropea jew mar-Russja.
Hu mifhum li l-Moldova se tagħżel li ssaħħaħ ir-rabtiet mar-Russja bi 2.7 miljun persuna mistennija li jivvutaw.
Il-kriżi bdiet sena ilu meta ma kienx iffirmat ftehim mal-Unjoni Ewropea wara li saret pressjoni kbira mir-Russja.
Is-sitwazzjoni marret għall-agħar meta r-Russja għażlet li tipprojbixxi prodotti importati mill-Moldova li jinkludu frott u ħaxix, laħmijiet u inbid.