Il-moħħ wara l-komiks ta’ Transformers u X-Men f’Malta

L-artista Andrew Wildman, li ħadem ma diversi kumpaniji tal-films, komiks u logħob diġitali għal dawn l-aħħar tletin sena, se jkun wieħed mill-mistiedna fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Malta Comic Con.
Wildman ħadem fuq illustrazzjonijiet popolari bħal Thundercats, Power Ranġers, G.I Joe, X-Men u Transformers.
Miegħu se jkun hemm ukoll l-artista tal-komiks manga Yishan Li u l-moħħ wara l-komik Tank Girl, Rufus Dayglo.
Il-Comic Con huwa ppreżentat minn Wicked Comics u se jsir fid-29 u 30 ta’ Novembru li ġew fil-Kavallier ta’ San Ġakbu.