Il-moħħ wara l-attakki f’Pariġi kien imfittex mill-Pulizija 10 xhur ilu

Għaxar xhur qabel l-attakk terroristiku f’Pariġi, il-Pulizija Griega kienet involuta f’ħidma intensiva biex taqbad lil Abdelhamid Abaaoud, il-moħħ wara l-attakki, li nqatel mill-Pulizija f’Pariġi.
Skont il-BBC, dak iż-żmien, Abaaoud kien qed imexxi netwerk ta’ militanti fil-Belġju minn Ateni permezz tal-mowbajl.
Il-missjoni tal-Pulizija f’Jannar li għadda f’Ateni falliet u jumejn wara fil-Belġju saru żewġ rejds kontra t-terroriżmu, li ħallew żewġ ġiħadisti mejta.  
L-istess rapporti qed jgħidu li Abdelhamid Abaaoud kien involut fit-tfassil ta’ erba’ minn sitt attakki fi Franza.
Salah Abdeslam, li wkoll kien involut fl-attakk f’Pariġi fl-1 ta’ Awwissu kien mar mill-Italja għall-Greċja b’vapur, fejn qatta’ tlett ijiem.