Il-moda fiċ-Ċina: tixtri żaqq minn ebay biex tidher li qed tistenna tarbija

Illum nistgħu nikkonfermaw li fuq ebay, verament tista’ issib minn kollox.

L-aħħar moda fost it-tfajliet Ċiniżi hi kemxejn stramba! Tixtri minn fuq ebay żaqq falza ta’ omm li qed tistenna tarbija.

Ftit tal-jiem ilu, f’Beijing, il-kapitali taċ-Ċina, mara li kienet tidher li wasslet biex twelled tarbija, telgħet fuq il-ferrovija.

Minnufih, raġel qam biex iċedilha postu. Ftit tal-ħin wara, il-mara tqum biex tinżel mill-ferrovija, imma l-ferrovija tieħu skoss u ż-żaqq tal-mara tispiċċa mal-art, bil-passiġġieri kollha jħarsu lejn din il-mara li kienet qed tagħmel tabirruħha li kienet qed tistenna tarbija.

L-inċident ta’ din il-mara tefa’ id-dawl fuq dak li qed jiġri ta’ spiss fuq il-ferrovijji Ċiniżi. Biex ikunu ċerti li meta jużaw it-trasport pubbliku, jkollhom post bil-qiegħda, ħafna nisa qed jilbsu żaqq falza.

La dawn iċ-Ċiniżi waslu biex jikkuppjaw żaqq ta’ mara, aħseb u ara x’se jivvintaw fil-futur!