Il-miżżewġin friski: hi ta’ 91 sena, hu ta’ 95 sena

Il-koppja li bejniethom għandhom 186 sena ngħaqdu fiż-żwieġ nhar is-Sibt li għadda fi knisja Metodista f’Merritt Island fl-Istati Uniti. Mary Helen Wester għandha 91 sena waqt li Jack Herpel, l-għarus tagħha għandu l-età venerabbli ta’ 95 sena. Iċ-ċerimonja taż-żwieġ saret quddiem 100 ruħ, bejn membri tal-familja u ħbieb.

Il-koppja ltaqgħu tliet snin ilu f’faċilità għall-anzjani li, kif qalu huma stess, meta raw lil xulxin għall-ewwel darba, tkebbet fihom l-imħabba.

Il-miżżewġin friski jħobbu ż-żfin u forsi din l-attività ressqithom aktar lejn xulxin biex fl-aħħar ngħaqdu fiż-żwieġ.