Il-miżuri tal-Gvern mhux se jsalvaw l-impjiegi – l-għalliema tal-Ingliż

In-numru ta' kanċellazzjonijiet jitla' għal 20,000

Read in English.

Il-miżuri li ħabbar il-Gvern għan-negozji minħabba l-coronavirus mhux se jsalvaw l-impjiegi, skont il-Federazzjoni tal-Għaqdiet tal-Għalliema tal-Lingwa Ingliża (FELTOM).

Fi stqarrija l-FELTOM qalet li għadd ta’ skejjel tal-Ingliż diġà bdew jgħalqu u jikeċċu lill-ħaddiema. Hemm ħaddiema oħra li qed jitpoġġew fuq forced leave.

Il-Federazzjoni qalet li sar studju minn Deloitte li sab li żdiedu l-kanċellazzjonijiet mill-istudenti. Fil-5 ta’ Marzu kien hemm 4,000 kanċellazzjoni u sas-16 ta’ Marzu n-numru ta’ kanċellazzjonijiet tela’ għal 20,000.

“L-impatt finanzjarju ta’ dawn il-kanċellazzjonijiet sal-lum għandu jwassal għal telf stmat f’kontribuzzjoni ta’ €8.8 miljun u telf finanzjarju għall-ekonomija stmat għa €23.7 miljun,” qalet il-FELTOM.

Il-FELTOM appellat lill-banek biex iwieġbu lill-klijenti tagħhom aktar malajr, speċjalment għaliex il-miżuri tal-Gvern għadhom ma sarux uffiċjali.

Il-FELTOM taqbel mal-pożizzjonijiet li ħadu l-MHRA u l-Kamra għall-Kummerċ.

Ilbieraħ il-Kamra tal-Kummerċ qalet li l-miżuri mħabbra mill-Gvern il-lejl li għadda huma diżappuntanti u li mhux se jwaqqfu t-telfien tal-impjiegi.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn