Il-mixi jnaqqas ir-riskju għall-kanċer fis-sider

Nisa li għaddew mill-menopawsa u li jimxu siegħa kuljum jistgħu inaqqsu ċ-ċans tal-kanċer fis-sider b’mod sinifikanti.

Studju li sar fuq 73,000 mara fuq medda ta’ 17-il sena wera li seba’ sigħat mixi fil-ġimgħa jnaqqas ir-riskju għal din il-marda qerrieda b’14% aktar minn dawk li jimxu anqas sigħat jew jagħmlu ftit eżerċizzju.

Għalkemm dan l-istudju sar speċifikament għall-kanċer tas-sider, intqal ukoll li eżerċizzju fiżiku jnaqqas ir-riskju ta’ kull tip ta’ kanċer.

Intqal ukoll li hemm bżonn jinstabu modi ta’ kif jitwaqqaf l-kanċer milli jseħħ u dan billi n-nies jibdew jgħixu ħajja b’saħħitha. Dan jinkludi ikel bnin u eżerċizzju ta’ kuljum.