Il-MITA tniedi l-iSTEM Summer Club 2015

Il-MITA nediet għat-tieni sena l-iSTEM Summer Club. F’din l-inzjattiva qed jipparteċipaw ’il fuq minn 450 tifel u tifla, 15-il klabb tas-sajf u ħames fornituri ta' taħriġ privati.
Permezz ta’ attivita prattika, tfal bejn is-7 u 13-il sena se jitgħallmu dwar is-suġġetti STEM li huma ix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika.
Attivitajiet f’dawn l-oqsma jinkludu l-ipprogrammar tar-robots, karozzi li jaħdmu bil-bżieżaq u esperimenti xjentifiċi.
Il-MITA qalet li l-għan aħħari tal-iSTEM Summer Club hu li jiġi provdut ambjent pożittiv u ferrieħi għat-tfal biex jitgħallmu aktar fuq is-suġġetti STEM kif ukoll biex jibdew jikkunsidraw dawn is-suġġetti għall-futur tagħhom.
Aktar informazzjoni fis-sit elettroniku: www.mita.gov.mt/stemclub