Il-missjoni u l-altruwiżmu

L-aħħar edizzjoni minn Sensilhena, ippreżentat minn Christine Delicata, se jixxandar illejla fit-8.15pm fuq TVM.

Kif isir kull sena, l-aħħar programm ikun dejjem jirrigwarda l-Missjoni u l-altruwiżmu ta’ ħafna patrijiet, qassisin, u lajċi li jagħżlu li jmorru f’pajjiżi fejn hemm il-faqar jew inkella jaħdmu f’Malta wkoll ma’ nies li għandhom kontinwament bżonn l-għajnuna kemm finanzjarja, psikoloġika u anke morali.

L-Istoriku tal-Arti Hilary Spiteri se jitkellem dwar xogħol artistiku ieħor b’rabta mat-tema tal-programm.

Il-produzzjoni eżekuttiva hi ta’ CPi Media, b’direzzjoni ta’ Paul Jones. 

Il-programm ikollu repetizzjoni s-Sibt fis-7.30pm u l-Ħadd fid-9.00am fuq TVM2