Il-missjoni tas-Sorijiet tal-Bon Pastur f’Papua New Guinea

In-nies fil-villaġġi f'Papua New Guinea għadhom jgħixu fit-tined

Diffiċli temmen li llum, fis-sena 2019 għad hawn nies jgħixu fil-faqar u ta’ kuljum igerrmu l-lewż biex ma jħossux l-għafsa tal-ġuħ, nies li għadhom imutu bit-tuberkolożi, jgħixu f’tined mingħajr dawl u ilma u jmorru l-iskola ħafjin u bla kotba.

Din hi xiehda mibgħuta lill-aġenzija tal-aġbarijiet FIDES minn Sister Anna Pigozzo, missjunarja tal-Bon Pastur li taħdem f’Bereina, f’Papua New Guinea.

“Aħna komunità żgħira ta’ sorijiet konsagrati, b’missjoni. Nimxu wara Ġesù u nibqgħu qrib it-tfal u ż-żgħażagħ f’Papua New Guinea u fin-nosinhar tal-Filippini. Fl-2013 fuq stedina tal-Isqfijiet ġejna id-djoċesi ta’ Bereina għal esperjenza missjunarja qasira u bqajna hawn”, spjegat is-soru.

Is-sorijiet irrealizzaw kemm hemm faqar u miżerja fl-istat żgħir  ta’ Papua  li jinsab bl-Oċeanja. Fil-pajjiż hemm ħafna illitteriżmu tant li ħafna tfal anqas jagħmluha għall-ewwel klassi. Il-mewt tat-trabi hi fost l-ogħla rata fl-Oċeanja. L-isptarijiet qegħdin biss fil-belt kapitali u fil-kliniċi li hemm f’żoni remoti forsi jkun hemm infermiera. Il-mezzi ta’ komunikazzjoni huma foqra u primittivi ħafna.

130 sena ilu

Il-Knisja Kattolika waslet f’Papua New Guinea, 130 sena ilu, bl-ewwel missjunarji minn Franza u l-Awstalja li taw ħajjithom biex iħabbru lil Kristu. Hi Knisja żgħira li għġandha bżonn ħafna appoġġ u gwida. Id-djoċesi issa għandha isqof ġdid, Mons. Otto Separy li qed jiffamiljarizza ruħu mar-realtà tal-post.

Suor Anna, spjegat l-ambjent tal-pajjiż. Barra l-ftit ċentri urbani, il-bqija tal-pajjiż minn struttura soċjali ta’ villaġġi magħmula minn tined u kull villaġġ għandu il-Kap tiegħu. In-nisa u t-tfal ma għandhom ebda valur tant li għadha teżisti d-drawwa li n-nisa jinxtraw mhux bil-flus imma bil-qżieqeż.

Fi żmien ix-xita, ħafna mill-villaġġi jegħrqu u l-uċuħ tar-raba’ li huma l-uniku sors ta’ għajxien għal dawn il-familji, jintilfu għal kollox.

Suor Anna Pigozza qalet lil FIDES li  “Minkejja kollox, hawn ħafna tama. Fis-sitt snin li ilna hawn, rajna kif il-Mulej witta’ t-triq għall-missjoni tagħna. Bl-għajnuna ta’ voluntiera mill-Italja u l-Filippini, fl-2015 bnejn skola b’140 tifel u tifla. Xi sorijiet jgħallmu u għandna wkoll ftit għalliema mil-lokal. Diffiċli ssib għalliema tajbin għax il-livell tal-edukazzjoni f’Papua hu baxx ħafna.

Tagħlim għall-adulti

“Fl-2016 ftaħna dak li sejjaħna ‘Fode Center’, sistema ta’ studji għall-adulti biex jiksbu lura bil-mod il-mod, l-iskola li tilfu. Ħafna inkitbu u lilna dan jagħtina tama kbira li narawha wkoll fl-uċuħ ta’ dawk li qed jattendu għal dan it-tagħlim.

“Fl-2017 bnejna is-St Philip Neri Bakery. Kuljum nagħmlu madwar 50 kilo ta’ ħobż għas-sorijiet, għat-tfal u ż-żgħażagħ, għall-ommijiet li jgħinuna u għall-ħafna nies li jiġu jħabbtulna l-bieb kuljum.

“Bil-kuntatt tagħna ta’ kuljum mat-tfal, insiru nafu bi stejjer ta’ niket u sitwazzjonijiet ta’ abbuż. F’Papua id-drittijiet tat-tfal u n-nisa spiss jiġu miksura. Fl-2018 bl-għajnuna ta’ voluntiera Taljani, bnejna “Dar l-Anġli” , dar li tilqa’ fiha tfal bniet li jinħtieġu l-protezzjoni u kura. Bħalissa f’din id-dar hemm għaxart itfal fl-età bejn il-5 u t-13-il sena.

“44 sena ilu, fl-1975, Papua New Guinea ħadet l-indipendenza mill-Awstralja. Il-pajjiż għandu ħafna riżorsi minerali: depożiti kbar ta’ ħejt, gass, deheb u ħamrija fertili ħafna. Iżda  minkejja dan il-ġid materjali kollu, il-poplu għadu jgħix fil-miżerja u baqa’ kulturalment lura” temmet tgħid, Suor Anna lill-Aġenija FIDES.