Il-Missjoni tal-Ġiżwiti hi r-rikonċiljazzjoni ma’ Alla, mal-bniedem u mal-abmjent

Fr. Arturo Sosa li disa’ xhur ilu sar Superjur Ġenerali tal-Ordni tal-Ġiżwiti il-missjoni tal-komunita’ li jmexxi hi li kuljum ifittxu li jpoġġu fil-prattika ir-rikonċiljazzjoni ma’ Alla, mal-bnedmin u mal-ambjent.
Is-soċjeta’ tal-Ġiżwiti, imwaqqfa minn San Injazju ta’ Loyola hi maqsuma f’85 provinċja miġbura f’sitt Konferenzi Provinċjali lis-Superjur Ġenerali iżur regolarment. Kemm ilu f’din il-kariga hu diġa’ għamel żjarat lil sħabu fl-Indja, il-Peru, Spanja,il-Ġermanja, Randa, il-Burundi, ilKongo, il-Kenya l-Indonesia, il-Kambodja u l-Belġju.
Il-ġurnata tiegħu, meta ma jkunx qed jivjaġġa hi mimlija laqgħat u kull fil-għodu tibda b’sagħtejn ta’ qalb qabel iqaddes fis-7.00 a.m.
Arturo Sosa ġej mill-Venezuela. Għalhekk l-ewwel domanda li saritlu f’intervista mill-Osservatore Romano kienet dwar is-sitwazzjoni f’dak il-pajjiż li l-Isqfijiet, il-Papa u l-komunita’ reliġjuża flimkien ma’ oħrajn diġa esprimew it-tħassib tagħġhom dwarha. Iżda hu ottimist dwar il-futur tal-pajjiż. Enfasizza li fil-fehma tiegħu ir-referndum li sar ix-xahar li għadda kien avveniment important ħafna għax fih ipparteċipaw aktar minn seba’ miljun persuna, li huma nofs l-elettorat. Sostna li t-taħditiet politiċi biss jistgħu jwaqqfu l-vjolenza fil-pajjiż.
Fr Sosa qal li kuljum, flimkien mal-konsulenti tiegħu jistaqsu lilhom infushom x’kien jagħmel Injazju ta’ Loyola kienu qed jgħix illum. Bħalu rridu nirritornaw kostantement lejn l-għeruq. Dan hu dak li jitlob il-Konċilju Vatikan II.
Il-mudell tal-Ġiżwita hu dak li jgħaqqad il-moħħ u l-qalb, li jgħix ħajja modesta, li jkun qrib il-fqar u jkun lest jaqdi l-ħtiġijiet tal-Knisja kif identifikati u mixtieqa mill-Papa. Illum is-soċjeta tal-Ġiżwiti trid issib mod kif kuljum tpoġġi fil-prattika ir-rikonċiljazzjoni ma’ Alla, mal-bniedem u mal-ambjent.
“Aħna kollaboraturi fil-missjoni ta’ Kristu. Hi l-esperjenza ta’ Alla li tagħtina l-liberta’ interjuri u tmexxina biex inħarsu lejn dawk li huma msallba fid-dinja tal-lum, biex nifhmu l-kawżi tal-inġustizzji u nikkontribwixxu biex biex niżviluppaw mudelli alternattivi għas-sistema li llum qed joħloq il-faqar, l-inugwaljanza, l-esklużjoni u li qed tpoġġi f’riskju kbir il-ħajja fuq din il-pjaneta”, sostna Fr. Sosa.