Il-missjoni f’idejn ġodda

Mons. Valentino Borg se jibda jieħu ħsieb il-ħidma missjunarja f’Malta wara li l-Vatikan ħatru bħala direttur ġdid ta’ MISSIO Malta (l-Opri Missjunarji Pontifiċji) għall-ħames snin li ġejjin (2018-2023).

Il-MISSIO għandu l-għan li jgħin lill-Papa fit-tixrid tal-ispirtu missjunarju fost il-qassisin, reliġjużi, adulti u tfal u jinkoraġġixxi l-għajnuna lill-foqra permezz ta’ għajnuna finanzjarja għal proġetti f’pajjiżi tat-Tielet Dinja. Il-MISSIO jieħu ħsieb ukoll ix-xandir tal-Kelma ta’ Alla f’dawk il-pajjiżi li qatt ma ġew evanġelizzati.

Mons. Valentino Borg twieled fid-29 ta’ Diċembru 1954 u ġie ordnat saċerdot fil-11 ta’ Lulju 1981.

Fost il-ħidma tiegħu kien kapppillan f’diversi parroċċi, għallem is-Seminarju, kien Segretarju Amministrattiv fil-Kurja u Direttur tad-Djar tal-Anzjani.