“Il-missier tas-sena?”

Hekk kif l-inċidenti fit-toroq Maltin, bi kwalunke tip ta' vettura qed jiżdiedu, l-inqas ħaġa li persuna jista' jagħmel hi li waqt li jkun qed isuq juża lqugħ adekwat.
Dan għandu jingħata attenzjoni aktar u aktar meta jkun hemm tfal abbord.
Mhux hekk jaħseb is-sewwieq ta' dan il-mutur li rikkeb miegħu tifel ċkejken mingħajr elmu tas-sigurtà.
Hekk kif dan ir-ritratt bħalissa għaddej minn skrutinju sħiħ minħabba n-nuqqas ta' ħsieb għas-sigurtà tat-tifel, fuq il-midja soċjali diversi persuni ma naqsux milli jikkritikaw l-aġir tax-xufier.
Għalkemm mhux konfermat jekk ix-xufier hux missier it-tifel, nies fuq il-midja soċjali lmentaw b'mod sarkastiku li dan hu l-missier tas-sena.

Inti x'taħseb – taqbel li tfal taħt is-sitt snin għandhom jitħallew jirkbu mutur? Kemm taħseb li hi mportanti l-elmu tas-sigurtà?