Il-Misidjani jiċċelebraw l-anniversarju

Il-Parroċċa tal-Imsida se torganizza Akkademja Mużiko-Letterarja fl-okkażjoni tal-150 sena mit-twaqqif tal-Parroċċa.
L-Akkademja Mużiko Letteraja se tittella’ nhar it-Tnejn li ġej fis-7pm u se tkun tinkludi siltiet mużikali mir-repertorju tal-familja Nani u diskorsi dwar l-istorja tal-Parroċċa.
L-attività se ssir fil-Knisja tal-Imsida.