Il-miri tal-iskart jistgħu joħolqu 580,000 impjieg ġdid fl-Ewropa

Il-Kummissjoni Ewropea llum adottat proposti biex tingħata spinta fir-riċiklaġġ fl-istati membri tal-Unjoni Ewropea.
Fi stqarrija, il-Kummissjoni Ewropea tgħid li bil-miri l-ġodda tal-iskart jistgħu jinħolqu 580,000 impjieg ġdid.
Dawn il-pjanijiet jinkludu li mill-2025 ikun ipprojbit li jintefa’ skart riċiklabbli fil-miżbliet.
Il-Kummissjoni Ewropea qalet li l-proposti leġiżlattivi issa se jgħaddu għand il-Kunsill u l-Parlament Ewropew.