Il-mira ewlenija hi li ‘nkomplu nnaqqsu l-faqar’ – Abela

Prime Minister Robert Abela meets representatives from Alleanza Kontra l-Faqar as part of the pre-budget consultations

Read in English.

Il-Prim Ministru Robert Abela insista li l-mira ewlenija tal-gvern tibqa’ li jitnaqqas il-faqar f’Malta hekk kif iltaqa’ mal-Alleanza Kontra l-Faqar fil-Berġa ta’ Kastilja nhar il-Erbgħa.

Abela kellu numru ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni dwar il-Budget matul il-jum, u fil-laqgħa li kellu mal-Alleanza, stqarr li kien hemm bżonn li taċċetta li l-faqar mhux perċezzjoni iżda realtà.

Hu saħaq li s-suppliment tal-pagi u l-iskema tal-vouchers kienu intiżi biex jgħinu l-but tal-ħaddiema fi żmien diffiċli, u għamel ċar li s-suppliment qed jiġi mħallas lil min iħaddem biex jiġi mgħoddi fl-intier tiegħu lill-ħadiema.

“Hija somma biex tgħin lin-negozji biex ittaffu mill-piż finanzjarju tagħhom iżda hija intiża għall-but tal-ħaddiema,” qal Abela.

F’laqgħa oħra li kellu Abela, mal-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem (MEA) Abela qal li l-għan tal-gvern kien li kemm il-ħaddiema kif ukoll min iħaddem ikollu dħul garantit.

Hu faħħar il-komunità ta’ min iħaddem bħala waħda reżiljenti u mhux lesta li taqta’ qalbha.

Gvern ‘aċċessibli għal kulħadd’

Abela kellu wkoll laqgħa mall-Kummissjoni għall-Persuni b’Diżabilità, fejn sostna li l-gvern kien wieħed aċċessibli għal kulħadd u miftuħ għad-djalogu.

Il-Prim Ministru irċieva kritika kostruttiva dwar l-impatt tar-restrizzjonjiet li ddaħħlu kawża tal-pandemija fuq persuni b’diżabbiltà, u stqarr li filwaqt li jkun l-aktar faċli li jiżdiedu r-restrizzjonijiet, l-impatt fuq kulħadd irid jitqies.