Il-Ministru Vella jkompli jsaħħaħ ir-relazzjonijiet ma’ mexxejja Ewropej u Afrikani

Matul il-ġurnata, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella ltaqa’ ma’ numru ta’ mexxejja Ewropej u Afrikani u b’hekk kompla jsaħħaħ ir-relazzjonijiet ta’ Malta mal-pajjiżi miż-żewġ kontinenti.
Il-laqgħat saru fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin fil-Belt b’laqgħat mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Eġittu u dak Olandiż.
Fil-ġimgħat li ġejjijn l-Olanda se tieħu l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea, bl-istess pajjiż jifforma parti mit-TRIO ta’ Malta.
Malta, l-Olanda u s-Slovakkja, jiffurmaw it-trio ta’ pajjiżi li se jkollhom il-Presidenza Ewropea bejn Jannar li ġej u l-2017.
Il-Ministru Olandiż Bert Koenders apprezza li Malta ħadet l-inizjattiva li torganizza l-Valletta Summit u enfasizza l-ħtieġa li l-pajjiżi jsegwu dak li jkun intlaħaq f’dan is-summit.
Fid-diskussjonijiet, il-Ministru Olandiż qal ukoll li l-Olanda tixtieq tkompli tgħin lil Malta billi tmexxi l-aġenda ta’ suġġetti bħalma huma l-immigrazzjoni u s-sitwazzjoni fil-Libja.
Ritratt: MFA