Il-Ministru Vella jagħmel żjara uffiċjali fiċ-Ċina

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella se jħalli lil Malta għal żjara uffiċjali fiċ-Ċina.
Hu se jkun qed jieħu sehem f’taħdidiet mal-Ministru Wang Yi dwar relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi.
Minbarra s-sitwazzjoni politika internazzjonali, se jkunu qed jiddiskutu wkoll in-Nazzjonijiet Magħquda, l-organizzazzjoni dinjija tal-kummerċ u l-infrastruttura t’investiment Ażjatiku.
Il-Ministru Vella se jkun qed jagħmel diskors dwar Malta bħala gżira ta’ stabbilta’ fil-baħar imqalleb tal-Mediterran.