Il-Ministru tas-Saħħa jgħid li mhemmx problema ta’ mediċini out of stock

Il-Ministru tas-Saħħa Godfrey Farrugia dalgħodu qal li fil-preżent ma teżisti l-ebda problema allarmanti ta’ mediċini out of stock.

Waqt żjara fl-Isptar Monte Carmeli, il-Ministru tas-Saħħa wieġeb għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti dwar in-nuqqas ta’ mediċini.

Il-Ministru Farrugia qal li minn aktar minn 1,400 mediċina li hemm fir-reġistru tal-mediċini tal-Gvern, fil-preżent ma teżisti l-ebda problema. Sostna li jekk hemm xi mediċina partikolari li fil-preżent hija out of stock, se tkun disponibbli fiż-żmien li ġej.

Qarrejja ta’ Newsbook.com.mt qalu li xi mediċini li huma dipendenti fuqhom ilhom out of stock għal xhur sħaħ. Fost l-oħrajn l-Omaprozole li tittieħed għall-ħruq ta’ stonku, anke minn persuni li qed jieħdu kura għall-kanċer, u li ilha out of stock għal dawn l-aħħar tliet xhur.

Intant, il-ġimgħa li għaddiet il-Ministeru tas-Saħħa qal li din l-istess mediċina hija disponibbli

 

Ritratt: Din hi invoice li ngħatat lil spiżerija partikolari l-ġimgħa li għaddiet.