Il-Ministru tal-Intern jgħid li m’hemmx regoli ġodda

pulizija social distancing
Facebook/ Byron Camilleri

Read in English.

Il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri ċaħad li l-Gvern daħħal miżuri ġodda ma’ dawk li ddaħħlu permezz ta’ Avviż Legali fit-30 ta’ Marzu li għadda.

Huwa għamel din l-istqarrija hekk kif fl-aħħar sigħat għadd ta’ persuni rċivew messaġġ fuq il-midja soċjali primarjament fuq Whatsapp li fih kien hemm indikati regoli li ddaħħlu mill-Gvern.

Newsbook.com.mt huwa infurmat li dawn huma l-istess regoli li daħħlu f’Marzu.

Kelliema għall-istess Ministeru kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li dawn ir-regoli u miżuri li nkitbu fuq Whatsapp huma l-istess ta’ Marzu għax il-Gvern ma daħħal l-ebda Avviż Legali ġdid.

L-Avviż Legali li ddaħħal dakinhar kien jgħid li persuni ma jistgħux jinġabru fil-pubblika fi gruppi ta’ aktar minn tlieta u kienet ġiet introdotta l-multa ta’ €100 għal minn ma jsegwix dawn ir-regoli.

Il-Ministru appella biex kulħadd jibqa’ jsegwi r-regoli eżistenti.