Il-Ministru tal-Enerġija f’diskussjonijiet ma’ diversi entitajiet

Fl-ewwel jiem tal-leġislatura, il-Ministru tal-Enerġija Konrad Mizzi żar diversi entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu.

Fost dawn kien hemm l-Enemalta, Arms Ltd, l-Awtorità Maltija għar-riżorsi, u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.

F’dawn il-laqgħat ġew diskussa diversi temi fosthom il-proġett tal-gvern għat-traħħis fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, il-mod kif jinħarġu dawn il-kontijiet, u l-pjan tal-Gvern għall-konservazzjoni tal-ilma.

Fi stqarrija għall-midja, intqal kif il-Ministru ltaqa’ kemm mal-kapijiet kif ukoll mal-ħaddiema ta’ dawn l-entitajiet.