Il-Ministru Scicluna sodisfatt bil-previżjonijiet ta’ Ernst and Young għal Malta

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna kellu reazzjoni pożittiva għall-previżjonijiet li għamlet Ernst and Young dwar l-ekonomija Maltija.
Ernst and Young, flimkien ma’ Oxford Economics qed jipprevedu li għas-sena li ġejja, l-ekonomija se tmur tajjeb grazzi għas-settur tat-turiżmu f’saħħtu, infieq mill-konsumatur u żieda fl-esportazzjoni.
F’kummenti, il-Ministru Scicluna qal li dan it-tbassir jagħti aktar kunfidenza lil Malta.
Ernst and Young innotat li l-infieq matul is-sena 2014 żdied bi 3.3% waqt li żdied ix-xogħol u naqas l-qgħad b’rata rekord. Ernst and Young qed tbassar li l-infieq mill-familji Maltin se jiżdied.