Il-Ministru Scicluna jiftaħ libell kontra Simon Busuttil

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna fetaħ libell fil-konfront tal-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil dwar tweet ta’ Busuttil li l-Ministeru għall-Finanzi qed isejjaħlu “inveritier u malafamanti.”

Busuttil kiteb dan it-tweet il-Ġimgħa filgħodu. Skont il-Ministeru, “dan il-messaġġ kien fih kontenut fejn Simon Busuttil implika li l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna seta’ b’xi mod kien involut f’xi ħasil ta’ flus, liema allegazzjoni hija totalment mhux minnha u intiża biss biex titfa’ dell ikrah fuq l-istess Ministru.”

Aqra: Inkjesta Egrant: Scicluna, Cardona u Mizzi se jkollhom jixhdu dwar kif ikkwotaw mir-rapport

Fuq Twitter, Busuttil kiteb li Scicluna għandu jirreżenja, biex tal-inqas inaddaf ismu, peress li Busuttil qal li Scicluna hu involut f’investigazzjoni dwar il-ħasil tal-flus.