Il-Ministru Scicluna jfaħħar l-istabbilità tal-banek Maltin

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, saħaq fuq l-importanza tal-istabbilità ekonomika u fisser kif ladarba l-ekonomija ma’ tibqax soda, hemm prezz iebes x’jitħallas bħalma qed tiffaċja l-Greċja.
Waqt it-tnedija tal-Malta Trade for Growth Fund b’valur ta’ €75 miljun offruti mill-HSBC, il-Ministru Scicluna faħħar l-istabbilità li għaliha huma rinomati l-banek Maltin.
Huwa fakkar kif il-banek f’Malta baqgħu sodi anke fl-eqqel ta’ kriżi ekonomika dinjija.
Il-Ministru faħħar u awgura lill-HSBC fit-tnedija ta’ dan il-fond li huwa t-tieni wieħed li fond ieħor simili ta’ €50 miljun kien tnieda f’Diċembru tal-2013.

Ritratt: DOI – Pierre Sammut