Il-Ministru Scicluna f’Londra jħajjar investituri jinvestu f’Malta

Waqt li kien qed jinidirizza żewġ attivitajiet importanti f’Londra, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna stieden lil dawn preżenti biex iżuru lil Malta biex jifhmu r-raġunijiet għalfejn Malta rnexxiet.
L-ewwel attività kienet Business Breakfast organizzat bħala parti mill-preparazzjoni għaċ-CHOGM ta’ din is-sena li se jsir f’Malta aktar tard dan ix-xahar. Din l-attività ġabet flimkien negozjanti u diplomatiċi mill-pajjiżi li jiffurmaw il-Commonwealth.
Il-Ministru Scicluna elenka l-ħidma ekonomika f’Malta u spjega kif l-ekonomija b’saħħitha ta’ Malta qed tattira numru ta’ investituri li huma interessati li jkollhom il-bażi tan-negozju tagħhom f’Malta.
Qal li ċ-CHOGM u l-Commonwealth Business Forum huma pjattaforma għan-negozjanti u l-intraprendituri biex jesploraw numru ta’ opportunitajiet fis-suq
Wara l-attività bi preparazzjoni għaċ-CHOGM, il-Ministru Scicluna indirizza lill-professjonisti tal-finanzi u dawk li jaħdmu fis-servizzi finanzjarji f’konferenza organizzata mill-Borża ta’ Malta.