Il-Ministru Mizzi “ma żgwidax il-Parlament” – Ruling tal-Ispeaker

L-Ispeaker Anġlu Farruġia qal li l-Ministru Joe Mizzi ma żgwidax il-Parlament meta waqt il-mistoqsijiet Parlamentari ta’ nhar l-Erbgħa li għadda qal li l-Ministru Konrad Mizzi kien nieqes mill-kamra għax kien imsiefer fuq xogħol urġenti, meta fil-verità dan kien barra l-Parlament fuq xogħol urġenti relatat mal-Ministeru tiegħu.
L-Ispeaker ta dan ir-ruling wara li ntalab mill-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar li allega li l-Ministru Joe Mizzi żgwida l-Parlament. 
L-Ispeaker Farrugia qal li l-Ministru Mizzi ma żgwidax għax biex Membru Parlamentari jiġi ammonit għax żgwida l-Kamra tar-Rappreżentanti, l-informazzjoni li jkun ta trid tkun ingħatat ħażin b’mod apposta.
Dr Farrugia qal li l-informazzjoni skorretta ma nngħatatx apposta iżda għax il-Ministru kellu informazzjoni skorretta.