Il-Ministru Mizzi jdur b’karozza tal-elettriku

Il-Ministru għat-Trasport Joe Mizzi llum intlemaħ l-Imdina b'karozza tal-elettriku griża.

Il-vettura li qed tintuża mill-Ministru hija parti minn inizjattiva favur l-ambjent.

F’Ġunju li għadda, il-Ministeru għat-Trasport nieda proġett bl-involviment ta’ 24 karozza tal-elettriku li qed jintużaw fi proġett pilota sa’ Novembru.

Il-Ministru Mizzi kien preżenti f'konferenza fl-Imdina fejn ipparteċipa wkoll is-Segretarju Parlamentari Michael Farrugia,

Is-Segretarju Parlamentari għas-Simplifikazzjoni Amministrattiva qal li l-Gvern qed jaħdem biex jonqsu l-emissjonijiet fl-ajru.

Farrugia qal li meta l-Gvern qed jasal biex jixtri jew jikri vetturi ġodda dawn iridu jkunu ċertifikati Euro 5.

Sostna li dan qiegħed isir fi sforz li jkun il-Gvern li jagħti l-eżempju favur il-ħarsien tal-ambjent u arja aktar nadifa.