Il-Ministru Michael Farrugia rikoverat l-isptar

Read in English.

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia għamel lejl l-isptar wara li waqa’ u kellu inċident fir-residenza tiegħu. Il-Gvern qal fi stqarrija li huwa weġġa’ meta waqa’ u sofra ġrieħi f’rasu.

Fi stqarrija maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni ntqal li l-Ministru Farrugia nżamm għall-osservazzjoni fl-Isptar Mater Dei u aktar tard mistenni li joħroġ mill-isptar.

Il-Ministru se jkun indispost għall-ġranet li ġejjin u l-Gvern qal li jkun apprezzat li jingħata ċans ta’ perjodu ta’ mistrieħ.