Il-Ministru Leo Brincat jiltaqa’ mal-Assoċjazzjoni Maltija tar-Ramblers

Il-Ministru Leo Brincat iltaqa’ mal-Assoċjazzjoni Maltija tar-Ramblers’ u sostna li l-Gvern il-ġdid se jkun wieħed li ma jittollera ebda liġi tal-ġungla ambjentali.
Fil-laqgħa mal-President tal-Assoċċjazzjoni, il-Ministru żied jgħid li prattiċi abbużivi li ntużaw fil-passat mhumiex se jibgħu jiġu pprattikati.
L-għan tar-Ramblers’ hu li filwaqt li jingħataw aktar riżorsi biex iwettqu xogħolhom b’mod effettiv, huma jaħdmu kontra l-abbuż ambjentali. Brincat qabel max-xogħol tagħhom kontra l-emmissjonijiet li jagħmlu ħsara lill-bniedem.
Żied jgħid li se jimpenja ruħu għall-proposti li jikkonċentraw fuq il-ħarsien tal-ambjent.