Il-Ministru Leo Brincat iżur l-inċineratur tal-Marsa

Il-Ministru Leo Brincat żar l-inċineratur tal-Marsa fejn iltaqa’ mal-ogħla uffiċjali tal-impjant u mal-ħaddiema nfushom. Huwa qal li l-għan tal-Gvern il-ġdid huwa li kull ma għandu x’jaqsam mal-Wasteserv jitħaddem skont l-ogħla prattiċi Ewropej bi trasparenza sħiħa ħalli jkun jista’ jiġi żgurat tmexxija tajba.

Huwa qal li ser jiżgura li n-nuqqasijiet kollha li wasslu għar-rapport inkwetanti tal-Awditur Generali dwar il-Wasteserv jiġu indirizzati mingħajr telfien ta’ żmien għas-sodisfazzjon ta’ kullħadd ħalli wieħed ikollu stampa attwali u korretta dwar dak kollu li għadda u jinsab għaddej bħalissa fil-Wasteserv.

Huwa ddawwar mill-Kap Eżekuttiv tal-Kumpanija s-Sur Saviour Abela.