Il-Ministru l-ġdid tas-Saħħa se jistabbilixxi uffiċċju fl-Isptar Mater Dei

Il-Ministru l-ġdid tas-Saħħa Godfrey Farrugia sostna li jrid jistabbilixxi uffiċċju fl-Isptar Mater Dei sabiex anke jagħti sehmu hemmhekk.

F’ intervista mal-ġurnal ‘Illum’, il-Ministru l-ġdid tas-Saħħa, t-tabib Godfrey Farrugia sostna li dak kollu li jsir fil-qasam tas-saħħa għandu jkun fl-aqwa interess holistiku tal-pazjent minn kull aspett: kemm fiżiku, kemm mentali u kemm soċjali.

Dr Farrugia saħaq ukoll li fuq l-aġenda immedjata tiegħu hemm l-problemi tal-overcrowding fl-isptar Mater Dei u tal-mediċini out-of-stock.

Mal-istess ġurnal, it-tabib Godfrey Farrugia ikkonferma wkoll li l-Gvern Laburista hu kommess li jistabbilixxi aktar ċentri tas-saħħa fil-lokalitajiet Maltin filwaqt li hemm bżonn li jkunu msaħħa u jitjiebu s-servizzi eżistenti.