Il-Ministru jwiegħed inqas homework għat-tfal

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo nieda l-ewwel qafas ta’ politika nazzjonali dwar il-homework mill-edukazzjoni bikrija sa tmiem iċ-ċiklu sekondarju.
Il-politika tipproponi linji gwida ta’ kemm ħin għandu jkun iddedikat mit-tfal għall-homework kuljum. Dawn jinkludu:

  • Kindergarten – L-ebda homework;
  • Sena 1-2 tal-Primarja – Sa massimu ta’ 20 minuta kuljum;
  • Sena 3-6 tal-Primarja – Sa massimu ta’ 30 minuta kuljum;
  • Sena 7-8 fil-livell Medju – Sa massimu ta’ siegħa kuljum;
  • Sena 9-11 fil-livell Sekondarju – Sa massimu ta’ 8 sigħat fil-ġimgħa.

L-istqarrija spjegat li dan il-qafas ġie bbażat fuq riċerka u evidenza lokali u internazzjonali, u sar b’tali mod li jħalli l-ħin meħtieġ sabiex it-tfal ikunu jistgħu jilgħabu, jistrieħu u jirrilassaw, jissoċjalizzaw u jipprattikaw xi forma ta’ sport jew attività kulturali.
Waqt it-tnedija, il-Ministru għall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo saħaq li dan il-ħin li se jirbħu t-tfal m’għandux jiġi ddedikat għal aktar televiżjoni jew logħob quddiem screen iżda għandu jintuża sabiex it-tfal ikollhom “ħajja aktar miftuħa”.
Tista’ tara d-dokument mis-sit tal-edukazzjoni.