Il-Ministru jrid iserraħ moħħ l-impjegati ta’ TM li l-informazzjoni tagħhom sigura – PN

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-Ministru għat-Trasport Ian Borg għadu jrid iserraħ moħħ l-impjegati ta’ Transport Malta li l-informazzjoni tagħhom hija sigura.

Dan wara li s-sistemi tal-entità kienu vittmi ta’ cyber attack fil-lejl ta’ bejn il-25 u s-26 ta’ Settembru.

Fi stqarrija ffirmata mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Trasport Toni Bezzina, il-PN jgħid li l-Ministru baqa’ ma provdiex l-assigurazzjoni neċessarja lil dawn il-ħaddiema. Apparti dan, m’għamel l-ebda dikjarazzjoni li l-informazzjoni ta’ terzi persuni li jużaw is-servizzi ta’ Transport Malta ma spiċċatx imbagħbsa jew misruqa.

Għalhekk, Bezzina ħeġġeġ lill-Ministru biex iserraħ moħħ in-nies li l-informazzjoni sensittiva tagħhom ma tinsabx f’riskju.