Il-Ministru jrid iktar parteċipazzjoni mill-ġenituri fl-edukazzjoni tat-tfal

Il-Ministru mhux kuntent bil-livell ta’ parteċipazzjoni tal-ġenituri fl-edukazzjoni tat-tfal 
Il-Ministru għall-Edukazzjoni talab lill-ġenituri biex ikollhom sehem aktar attiv fl-elezzjonijiet tal-kunsilli tal-iskejjel. 
Il-Ministru Bartolo ammetta li sa issa mhux kuntent bil-livell ta’ parteċipazzjoni tal-ġenituri f’dawn l-elezzjonijiet. 
Ħeġġiġhom biex jieħu aktar interess għaliex il-ħidma tagħhom fil-kunsilli tal-iskola tista’ tgħin aktar lit-tfal, lill-għalliema u lit-tmexxija tal-iskola. 
Bartolo rrimarka li x-xogħol volontarju tal-ġenituri fl-iskejjel m’għandux ikun ristrett biss għall-ġbir tal-flus. 
Irrimarka wkoll li għad hawn skejjel li ma jridux l-involviment tal-ġenituri, ħaġa li fi kliem il-Ministru ma sservix ta’ ġid għall-istudenti.
Il-Ministru tkellem ukoll dwar l-edukazzjoni fl-iskola u fil-familja, fejn dawn iridu jimxu id f’id, bil-ġenituri għandhom juru aktar interess fl-edukazzjoni tat-tfal meta dawn ikunu d-dar.
L-elezzjonijiet se jsiru fit-23 ta’ Jannar u se jintgħażel ġenitur wieħed mill-10 kulleġġi tal-istat.  L-applikazzjonijiet se jkunu miftuħa minn għada sal-15 ta’ Jannar.
Aktar dettalji minn fuq: education.gov.mt