“Il-Ministru Joe Mizzi jrid jerfa’ r-responsabbiltà ta’ żjara tinten” – PN

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-Ministru għat-Trasport Joe Mizzi kiser il-kundizzjonijiet li hemm fl-Espressjoni ta' Interess għas-servizz tat-trasport pubbliku, meta mar Spanja u ltaqa’ mal-kumpanija Autobuses de Leon, li għandha interess tħaddem is-servizz.
Skont klawsola nru 10 imniżżla fl-Espressjoni ta’ Interess, il-Ministru ma jista' jitkellem ma' ebda kumpanija li tkun tefgħet offerta għall-kuntratt.
Il-Partit Nazzjoanlista sejjaħ din iż-żjara bħala “waħda tinten” u qal li “l-Ministru Mizzi għandu d-dmir gravi jgħid x'mar jagħmel Spanja kontra l-kundizzjonijiet li hu stess u MaltaTransport fasslu fl-Espressjoni ta' Interess”.