Erin Tanti ma kellux warrant temporanju bħala għalliem

Wara l-inċident ta' bħal bieraħ ġimgħa f’Ħad Dingli, il-Kunsill dwar il-Professjoni tal-Għalliema qal li Erin Tanti ma kellux warrant temporanju mill-Kunsill peress li huwa qatt ma kien applika għall-warrant ta’ għalliem.
Intant, il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li hemm bżonn li l-għalliema kollha, inkluż dawk supply, ikunu fil-pussess ta’ warrant, anke jekk temporanju, kif teżiġi l-liġi tal-edukazzjoni.
F’ittra lis-Segretarju Permanenti Joseph Caruana u lill-President tal-Kunsill tal-Għalliema Mario Caruana, il-Ministru Bartolo talab sabiex sal-aħħar ta’ Mejju jiġu identifikati n-nuqqasijiet eżistenti biex dawn jiġu indirizzati.

Tista' tara l-ittra tal-Ministru Evarist Bartolo hawn taħt.