Il-Ministru jitlob ‘kjarifika’ dwar l-kameras tal-arbli suwed

Domanda tad-deputat Nazzjonlista Jason Azzopardi qanqlet iktar mistoqsijiet milli ġabet tweġibiet.

F’mistoqsija parlamentari, d-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi staqsa lill-Ministru għat-Trasport Ian Borg dwar il-mass surveillance cameras, u spjega li kienet qed jitkellem għal dawk mal-arbli suwed. Madanakollu l-Ministru Ian Borg wieġbu lura għal liema cameras kien qed jirreferi u talbu jispjega xi tfisser ‘Mass Surveillance Cameras’.

Jason Azzopari staqsa lill-Ministru Borg jispjega l-iskop tal-mass surveillance cameras (dawn li huma ma’ arbli suwed) li qed jitwaħħlu f’diversi toroq. Azzopardi staqsa dwar min ħa din id-deċiżjoni u kemm se jkunu qed jitwaħħlu kameras ta’ dan it-tip? Staqsa wkoll lill-Ministru Borg jindika jekk tali kameras humiex kapaċi jagħmlu facial recognition.

Min-naħa tiegħu l-Ministru Borg wieġeb li “nitlob li tkun aktar preċiż rigward liema kameras u lokalitajiet qed jirreferi għalihom fil-mistoqsija tiegħu. Nitlob ukoll li jispjega xi jrid ifissir bit-terminoloġija użata ‘Mass Surveillance Cameras’”.