Il-Ministru jitkellem dwar ċilindri difettużi waqt il-ħin tal-inċident

Il-Ministru għall-Enerġija Joe Mizzi qal li l-ebda ċilindru tal-gass ma ġie rtirat mis-suq u ma saret l-ebda inkjesta maġisterjali wara li nstab li dawn ma kienux kawza tal-spluzzjonijiet li seħħew f’djar residenzjali fl-aħħar xhur.

Il-Ministru kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Claudette Buttiġieġ fl-istess seduta li matula seħħ inċident b’ċilindru tal-gass f’Birżebbuġa.

LINK: https://www.newsbook.com.mt/artikli/2019/04/08/incident-bcilindru-tal-gass-fbirzebbuga/

Il-Ministru qal li fl-ewwel każ (dak ta’ Raħal Ġdid) irriżulta li l-problema ġiet ikkawżata mill-użu ta’ appliance tal-kċina. Billi ċ-ċilindru ma kienx il-kawża tal-inċident, ma kienx hemm ħtieġa li ċ-ċilindru jiġi rtirat mis-suq. Minkejja li l-problema ma kinitx ikkawżatha miċ-ċilindru nnifsu dan xorta ġie ttestjat u ma nstablu xejn ħażin.

In-nar fil-każ l-ieħor (Qawra) jirrriżulta li ġie kkawżat minn pajp tar-rubber li kien iddeterjora u li kien hemm leakżgħira li x’aktarx ikkawżat fjamma li ħadet billi l-pajp kien jinsab qrib  sors tal-elettriku. Iċ-ċilindru ġie ttestjat u nstab li kien fi stat tajjeb u li ma kellux ħruġ ta’ gass minnu. Billi ċ-ċilindru ma kienx il-kawża tal-inċident, ma kienx hemm ħtieġa li ċ-ċilindru jiġi rtirat mis-suq.