Il-Ministru jgħid x’tinkludi l-uniformi tal-istudenti

Matul is-sena skolastika 2019/2020 l-istudenti jistgħu jilbsu t-tracksuit kuljum. Din tinkludi poloshirt, t-shirt, beritta u ġakketta għax-xitwa tal-uniformi attwali. Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li ċ-ċirkolari tat-18 ta’ Ġunju 2019 li tispjega x’tinkludi l-uniformi għal din is-sena skolastika hija ċara.

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni kien spjega li wara diversi laqgħat ta’ konsultazzjoni, il-maġġoranza tal-għalliema, studenti u ġenituri qablu li t-tfal għandhom iżommu t-tracksuit bħala l-uniformi tagħhom.  Fl-istqarrija lura f’Ġunju li għadda l-Ministeru kien spjega li l-uniformi l-ġdida mhux se tiddaħħal mil-lum għal għada imma se ssir fuq perjodu taż-żmien.

Il-Ministru Evarist Bartolo kien qed iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari li saret mid-Deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici, fejn talab lill-Ministru jagħti spjegazzjoni pubblikau iktar ċara dwar x’uniformi jistgġu jilbsu l-istudenti għas-sena akkademika li ġejja.