Il-Ministru Herrera jkellem lill-intraprendituri dwar il-fliexken tax-xorb

Il-Ministru għall-Ambjent Jose’ Herrera spjega lill-rappreżentanti tal-Kamra Maltija għall-Kummerċ, l-Intrapriżi u l-Industrija dwar kif se taħdem il-proposta tas-sistema tar-rifużjonijiet tal-kontenituri tax-xorb.
Il-Ministru spjega kif il-Gvern se jintroduċi kontenituri li fihom jinġabru u jiġu riċiklati l-kontenituri.
Il-membri tal-kamra tal-kummerċ jistgħu wkoll iniżżlu d-dokumentazzjoni meħtieġa dwar dan, u fil-jiem li ġejjin mistennija tagħti r-reazzjoni uffiċjali tagħha lill-Gvern.