Il-Ministru Herrera involut f’ħabta f’Ħ’Attard

Il-Ministru għall-Ambjent José Herrera kien involut f’inċident tat-traffiku matul il-lejl li għadda fil-limiti ta’ Ħ’Attard.

Fi stqarrija mill-Ministeru, ġie spjegat li l-inċident seħħ għall-ħabta tan-12.30am waqt li kien passiġġier f’karozza fi triqtu lejn ir-residenza tiegħu.

Il-Ministru flimkien ma’ martu ttieħdu l-Isptar Mater Dei għal aktar osservazzjonijiet. Madanakollu jidher li ma weġġgħux kawża ta’ dan l-inċident hekk kif ġew rilaxxati ftit tal-ħin wara.

Għaldaqstant il-Ministru llum kompla bil-ħidma tiegħu.