Il-Ministru Helena Dalli titkellem dwar it-tisħiħ tal-Uffiċju tal-Konsumatur

Il-Ministru għall-Kompetittività Helena Dalli qalet li l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni fi ħdan l-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur l-MCCAA se jkompli jissaħħaħ. Waqt seminar dwar il-liġi tal-kompetizzjoni, il-Ministru Dalli qalet li l-kompetizzjoni hija l-forza tal-ekonomija tas-suq. 

Helena Dalli qalet li l-kompetizzjoni tinkoraġġixxi lill-kumpaniji u l-operaturi ekonomiċi sabiex ikunu effiċjenti u biex joħorġu bi prodotti u servizzi iktar innovattivi.  Hija sostniet li għall-konsumatur individwali l-kompetizzjoni tiżgura prezzijiet aktar baxxi, kwalita` aħjar u għażla akbar.